Shared Experience by Cettina Saliba

 

M’ghadkomx tnejn ……sirtu tlieta, lissen it-tabib bi tbissima wara li temm l-ezami tat-tqala. Din kienet bxara sabiha li konna nistennew. Kreatura gdida ….ferh gdid…. Responsabilitajiet godda. Sa mill-ewwel mumenti li sirt naf li kont ser insir omm, habbejt lit-tarbija tieghi. Aktar ma bdew jghaddu l-gimghat, aktar bdejt inhoss rabta qawwija maghha. Sa min qabel ma twieldetilna konna nsejhulha b’isimha ghax konna nafu li ser jkollna bint.

‘Marjana nsemmuha’ iddecidejna. Kemm ghamlitna kuntenti! U kemm bdejna noholmu affarijiet sbieh ghaliha! U dan fost it-taqtigh ta’ qalb li jgibu maghhom tqala u stennija hekk importanti ghall genituri.

Bhal kull omm lit kun ser taghti hajja gdida ghall-ewwel darba, kelli xita ta hsiebijiet jidwu go mohhi: Tghid qed tikber tajjeb it-tarbija? Tghid ser jispicca kollox b’wicc il-gid? Tghid kont ser inkun omm ideali ghaliha?

Haga li hsibtha mill-ewwel mumenti kienet li din it-tarbija intuha l-ahjar, b’hafna mhabba, f’kull aspett ta’ hajjitha. Ghalhekk ma setax jonqos li naqblu li lil bintna ma ncahhduhiex mill-aktar haga natural u bnina li omm tista toffrilha: il-halib tas-sider. Kont determinata li naghmel dan, ghaldaqstant bdejt naqra dwar is suggett u sahansitra attendejt ghall-kors li jigi organizzat fi hdan il-moviment ta’ Kana.

Hekk kif Marjana rat dawl id-dinja, ma damitx wisq ma giet wicc imb’wicc ma sider ommha. Il-qabla (midwife) ghamlet min kollox biex tghinni nreddaghha, izda sfortunatament kien kollu ghalxejn! Kemm domt l-isptar, ma qtajtx qalbi u tlabt l-ghajnuna tal-qwiebel (midwives) li kienu fuq ix-xoghol. Dawn ukoll ghamlu mill-ahjar li setghu. Sahansitra meta rrtitornajt id-dar, komplejt niprova…..izda b’dizappunt kbir ghalija, ir-rizultat baqa negattiv.

Hawn wiehed jista jistaqsi: ‘Imma x’kien il-kagun?’ Illum jien konvinta li, minkejja l-isforzi tieghi, ma kontx infurmata bizzejjed kif kelli nipprepara lili nniffsi sewwa biex stajt inredda t-tarbija tieghi. Illum inhoss li tlift xi haga meraviljuza f’hajti.

Ghaldaqstant, nappella min qalbi lill-ommijiet kollha li ser jaghtu hajja gdida sabiex ma jaqtghux qalbhom u jfittxu li jinfurmaw ruhhom tajjeb dwar dan ir-rigward bl-ghajnuna ta nies professjonali. B’hekk ma jitilfux din l-opportunita tad-deheb li zgur thali rabta l-aktar qawwija bejnhom u bejn uliedhom.

Cettina Saliba

BACK TO EXPERIENCES LIST