Shared Experience by Marcon Aquilina

 

Kont ili nghid li jekk il-Mulej jghogbu jaghtini t-tfal kont niprova ntiehom breastfeeding. Hekk gara, inqbadt tqila u mort ghand it-tabib ghall-vista u ghamilli l-ultrasound u tani l-ahbar li kont qed nistenna tewmin. Jien hadt gost hafna meta qalli hekk, pero xorta bqajt nghid li meta jitwieldu ntiehom breastfeeding. Allura sakemm kont tqila infurmajt ruhi kemm stajt u ddecidejt li naghmel il-kors tal-breastfeeding li jaghmlu ta Kana. Il-kors kien interresanti immens, u tghallimt hafna fuq il-breastfeeding u aktar ghamilli kuragg fid- decizjoni li kont hadt. Fl-ahhar iz-zmien wasal u twedulna zewg subien, wellithom normali allura kelli inqas inkwiet biex inreddahhom. L-isptar sibt ko-operazzjoni kbira, il-midwives meta saqsewni x’halib ha ntiehom u ghedtilhom li ha nreddahhom, ghenuni hafna. Fil-fatt ftit wara li twieldu gew zewg midwives wahda zammitli it-tarbija fuq naha u l-ohra zammitli it-tarbija fuq in-naha l-ohra u ghall-grazzja t’Alla mill-ewwel qabdu jixorbu. Dak il-hin hassejt ferh kbir meta rajthom imqabbdin mieghi t-tnejn jixorbu kuntenti.

 

Sakemm kont l-isptar bl-ghajnuna tal-midwives tghallimt hafna fuq il-breastfeeding ghax bil-prattika titghallem iktar. Ir-ragel kien determinat daqsi li ntihom breastfeeding, b’hekk sibt hafna support minnu.

Mort id-dar u xorta beda jirnexxieli nisqiehom it-tnejn f’daqqa jew inkella wiehed wiehed. Ma nghidx li xi kultant ma kontx naqta xi ftit qalbi imma kont nimxi gurnata b’gurnata.

Kont narhom fil-pz gejjin il-quddiem, allura malajr bdejt naghmel kuragg u bqajt inreddahhom.

Haga ohra li xtaqt insemmi li meta konna nohorgu, il-breastfeeding kien konvenjenti hafna ghax ma kontx noqghod ingorr hafna bottles mieghi. It-tewmin kienu jidhru b’sahhithom u kuntenti, l-iktar meta kont naghmilhom ma sidri kont inhoss il-bond maghhom.

Xi kultant kont insib min jaqtali qalbi ukoll u kienu jghiduli “mela inti tkun taf kemm qed jixorbu?” jiena kont inwiegeb “huma jixorbu kemm ghandhom bzonn”.

Iz-zmien ghadda u spiccajt inreddahhom ghall-sena u xaghrejn shah minghajr ma ghejnthom bil-bottle.  

Wara tlett snin ergajt inqbadt tqila b’tewmin ohra u l-istess tajthom breastfeeding ghax jiena kont nghid li la irnexxieli fil-kbar jirnexxieli fiz-zghar ukoll. Illum ghall-grazzja t’Alla l-kbar ghandhom hames snin u z-zghar ghandhom sentejn, meta nhares lejhom inhoss certu kuntentizza li meta kienu ghadhom zghar tajthom mill-halib tieghi.  

Mela inti omm li qed taqra din l-esperjenza tieghi taqtax qalbek, la rnexxieli jiena jirnexxielu kulhadd, l-importanti li jkollok determinazzjoni qawwija u li taf li t-tarbija tieghek qed ittiha l-ahjar halib li qatt tista ttieha. 

Marcon Aqulina

11/07/2004  

BACK TO EXPERIENCES LIST